Il-ġemgħa li tinġabar tqim
'l Alla
tiċċelebra il-misteri qaddisa fil-liturġija permezz ta'
riti sagri. Il-kant, minnu nnifsu, joħloq iktar sens ta’
ċelebrazzjoni, għax huwa espressjoni aktar għolja ta’
dak li l-bniedem jista’ jgħid bil-kliem.
Il-kant jgħin ħafna biex tinħoloq atmosfera ta’ għaqda
bejn dawk prezent; huwa forma isbaħ u iktar mirquma ta’
espressjoni: huwa ħaġa essenzjali għall-ġemgħa li qiegħda
tiċċelebra l-għaqda tagħha mal-Mulej.
L-iskop ta’ din il-webpage hu li ngħinu biex il-kant
jindara iktar.
Issib il-partitura (sheet music) il-MIDI file (jindaqq
bl-orgni) u l-NWC file. Din ta’ l-aħħar hi l-partitura u
MIDI flimkien. Hi esperjenza sabiħa ħafna, imma trid
ikollok il-NWC Viewer stallat fuq il-komputer biex jaqraha. Tista tinstallah min
hawn
. Dan hu program zgħir
magħmul minn ditta serja ħafna.
Il-partitura (PDF), il-MIDI u l-NWC
file huma kollha xogħol is-Sur Albert Scerri *