Merħba
Insellmilkom minn qalbi u nagħtikom merħba.
L-iskop ta’ din il-website hu li nsiru midħla ma’ l-attivitajjiet u l-ħajja
tal-parroċċa tagħna. Kull ġimgħa għandek issib l-avviżi li jinqraw fil-Quddies
tas-Sibt u l-Ħadd li fihom issib dak kollu li jkun għaddej fil-komunita tagħna
tal-Kunċizzjoni.
Xtaqniha tkun ukoll għajn ta’spiritwalita għal dawk li għandhom l-għatx għal
Alla. Dan, permezz ta’artikli u links li jgħenuk tikber fl-għarfien u l-imħabba
lejn Alla u lejn il-Knisja.
Nawgurawlek li tidħol regolari f'din il-website mhux tant b'sens ta’ kurżita,
imma iktar b'xewqa li tirċievi messaġġ sabiħ għal ħajtek. Alla jaf jinqeda
wkoll bil-mezzi moderni ta’ komunikazzjoni biex jasal f'qalb uliedu.
Il-Mulej ibierkek u jagħtik is-sliem.
Dun Salv
|