Immaculate Conception Parish Hamrun
Il-Ħamis, 23 ta' Frar 2012
Parroċċa
Immakulata Kunċizzjoni
Ħamrun
Madonna Berikna

You will find that the mere resolve not to be useless, and the honest desire to help other people, will in the quickest and delicatest ways, improve yourself.

Home
Struttura
Quddies
Uffiċċju
Attwalita
Storja
Rokna tat-Tfal
Ritratti
Contact Us
Links
Imwiet
Nifirħu magħhom
Spiritwalita
Media
Kant Liturġiku


 

 

Vokazzjoni Franġiskana

Fid-29 ta’ Settembru 2010, jiena Gerald Xuereb, bdejt, il-mixja tiegħi fi ħdan l-Ordni tal-Patrijiet Minuri Franġiskan, bħala Postulant. Għandi 36 sena u ġej propju minn din il-Parroċċa Marija Immakulata Kunċizzjoni, li lejha San Franġisk kellu tant devozzjoni.

Qabel ma għamilt l-għazla tiegħi u għidt iva, għaddejt minn proċess ta’ dixxerniment biex naċċerta ruħi mis-sejħa reliġjuza tiegħi. Kien u għadu jikkumpanjani id-direttur spiritwali tiegħi Fr Marcellino Micallef OFM. Għaldaqstant, jiena bdejt din is-sena ta’ Postulant.

Bħalissa qed ngħix ġewwa l-kunvent tagħna fir-Rabat, Malta. Propju illum 29 ta’ Marzu 2011, għalaqt sitt xhur min mindu bdejt il-mixja Franġiskana. Il-ħajja fil-kunvent tinkonsisti li ngħix il-ħajja ta’ fraternita’ ma ħuti l-patrijiet, filwaqt li nibqa jmmur ix-xogħol, nistudja u fuq kollox nitlob biex ikolli l-enerġija spiritwali u qaddisa. Bħalma l-Immakulata Kunċizzjoni, il-Verġni Marija, aċċettat is-sejħa mingħand il-Mulej, huwa għalhekk li nitlobha għal għajnuna fil-mumenti diffiċli tiegħi li ngħaddi minnhom matul il-mixja tiegħi.

Fil-bidu ta’ Lulju, ta’ din is-sena 2011, nerġa’ nirritorna d-dar għal xahrejn biex inkompli naċċerta ruħi minn din l-għazla li għamilt. Intemm l-impjieġ tiegħi, sabiex ikolli iktar ħin ta’ talb u riflessjoni w’nqatta’ iktar ħin mal-familja tiegħi u l-ħbieb.

Jekk Alla jrid, għall-ewwel ġimgħa ta’ Settembru ta’ din is-sena, nagħti bidu ghan-novizzjat tiegħi. Waqt il-koncellebrazzjoni ewkaristika issir il-vestizzjoni u ningħata it-tonka (il-libsa franġiskana). L-għada tal-vestizzjoni immur Assisi ġewwa l-Italja għal perjodu ta’ sena, fejn ninqata’ propju minn kollox. In-novizzjat jikkonsisti li ngħix hajja ta’ fraternita ma’ sħabi novizzi Taljani godda. Talb profond. Nistudja l-ħajja ta’ San Frangisk u r-reġola tal-Ordni tagħna.

Qabel nagħlaq din il-kitba, nixtieq ngħaddi dan il-messaġġ: Il-veru ferħ u paċi jinsabu għand Gesu Kristu, u mhux fl-affarijiet tad-dinja. Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej! La tibzgħux terqsu lejH, Gesù kollu ħniena u tjubija!

Nitlobkom titolbu għalija u nwegħidkom it-talb tiegħi.

Postulant Gerald Xuereb OFM
 

A A

Hosting courtesy of amicode.com