Immaculate Conception Parish Hamrun
Is-Sibt, 19 ta' Mejju 2012
Parroċċa
Immakulata Kunċizzjoni
Ħamrun
Madonna Berikna

Isma’, o Alla, l-għajta tiegħi, agħti widen għat-talba tiegħi. Minn truf l-art lilek insejjaħ, meta nkun qalbi maqtugħa … Għax int sirt kenn għalija. Mhux li kont ngħix f’għamartek għal dejjem, nistkenn għas-satra ta’ ġwenħajk! Salm 61

Home
Struttura
Quddies
Uffiċċju
Attwalita
Storja
Rokna tat-Tfal
Ritratti
Contact Us
Links
Imwiet
Nifirħu magħhom
Spiritwalita
Media
Kant Liturġiku
Peter Paul Sultana


 

 

Merħba

Insellmilkom minn qalbi u nagħtikom merħba. Dun Salv Borg

L-iskop ta’ din il-website hu li nsiru midħla ma’ l-attivitajjiet u l-ħajja tal-parroċċa tagħna. Kull ġimgħa għandek issib l-avviżi li jinqraw fil-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd li fihom issib dak kollu li jkun għaddej fil-komunita tagħna tal-Kunċizzjoni.

Xtaqniha tkun ukoll għajn ta’spiritwalita għal dawk li għandhom l-għatx għal Alla. Dan, permezz ta’artikli u links li jgħenuk tikber fl-għarfien u l-imħabba lejn Alla u lejn il-Knisja.

Nawgurawlek li tidħol regolari f'din il-website mhux tant b'sens ta’ kurżita, imma iktar b'xewqa li tirċievi messaġġ sabiħ għal ħajtek. Alla jaf jinqeda wkoll bil-mezzi moderni ta’ komunikazzjoni biex jasal f'qalb uliedu.

Il-Mulej ibierkek u jagħtik is-sliem.

Dun Salv

A A

Hosting courtesy of amicode.com